L-Erbgħa waqt il-logħba mill-UEFA Champions League bejn Real Madrid u Napoli mirbuħa minn tal-ewwel bl-iskor ta’ 4-2, kien hemm inċident kurjuż li fih kien involut il-kowċ tal-Partenopei Walter Mazzarri. Dan tal-aħħar ħadha ftit bi kbira meta l-Madrileni skorjaw it-tielet u r-raba’ gowl u sabbat saqajh mal-art. Dan kollu wassal sabiex ħa skoss f’siequ tant li ftit wara deher izappap u eventwalment ipoġġi bilqiegħda. Sar magħruf ukoll li Mazzarri kien ma jiflaħx tant li kellu d-deni iżda xorta waħda ddeċieda li jmur għal-logħba.
Bosta kritiċi qed jgħidu li taħt dan il-kowċ, Napoli se jinbidlu fl-atteġġjament tagħhom għalkemm jidher li jrid isir ħafna xogħol.