Sunday, May 19, 2024

Inter interessati fl-Urugwajan Nahitan Nandez

Aqra wkoll

Inter qed jaħsbu sabiex jakkwistaw lill-plejer Urugwajan Nahitan Nandez f’Ġunju li ġej. Id-direttur sportiv tan-Nerazzurri Beppe Marotta għaddej b’ħidma mad-diriġenti ta’ Cagliari sabiex jiftiehmu fuq prezz raġjonevoli għalih.

Jingħad li Inter mhux kuntenti bil-wirjiet ta’ Juan Cuadrado li ġie akkwistat matul dan l-istaġun mingħand Juventus u għalhekk qed ifittxu plejer bl-istess tattika tiegħu.

Nandez għandu 27 sena u fil-passat lagħab ukoll ma’ Penarol u Boca Juniors.

Sport