Saturday, December 21, 2024

Mċaħħad midalja tad-deheb għax wasal tliet minuti tard

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kumitat Internazzjonali għal-Logħob Paralimpiku ddefenda d-deċiżjoni li l-atleta mill-Malasja jiġi mċaħħad mill-midalja tad-deheb li rebaħ.

Ix-shot-put Muhammad Ziyad Zolkefli rebaħ midalja tad-deheb fil-klassi F20, iżda aktar tard ġie skwalifikat minħabba li wasal tliet minuti tard.

L-atleta tħalla jikkompeti minħabba li ppreżenta raġuni “loġika” għalfejn kien ftit tard għal-logħob.

Minkejja dan aktar tard, referee sab li r-raġuni ma kinitx ġustifikabbli għalfejn hu kien wasal tard.

Ma setax jonqos li din id-deċiżjoni tqajjem furur fuq il-midja soċjali b’mod speċjali minn dawk ġejjin mill-Malasja.

Il-Ministru għaż-Żagħżagħ u l-Isport Malasjan Ahmad Faizul Azumu qal li l-Kunsill Nazzjonali għall-Isport fil-Malasja kien ordnat jinvestiga.

Ekonomija

Sport