Wednesday, December 25, 2024

Med Games: It-tiratur Marlon Attard jikkwalifika għal Finali tal-iSkeet

Aqra wkoll

It-tiratur Marlon Attard kompla l-wirja tajba tiegħu fil-Logħob tal-Mediterran f’Oran, meta għadda għall-aħħar round tal-Kompetizzjoni Skeet tal-Irġiel fiċ-Centre de Tir Hassi Ben Okba.

Illum Attard ġabar 122 punt minn 125, żewġ punti biss taħt Emanuel Petit (FRA) u punt wara Amzy Mehelba (EGY).

Attard se jingħaqad mat-tmien tiraturi li kkwalifikaw għall-finali ta’ llum wara nofsinhar li se ssir fis-1600hrs ħin ta’ Malta.

Illum wara nofsinhar, il-baħrin tal-Klassi ILCA Lacey Aquilina u Michaela Mifsud se jkunu qed jikkompetu fi tliet tlielaq, filwaqt li l-kompetitur tal-Klassi IQFoil Karl Miggiani ma kkompetix illum, wara ordni tat-tobba hu kien avżat li jistrieħ wara li kien qed isofri minn infezzjoni fis-sidru.  Miggiani qed jispera li jkun jista jkompli jikkompeti min għada. Ir-riħ ħfief u l-kundizzjonijiet varjabbli li l-baħrin kienu qed jesperjenzaw s’issa għamluha aktar ta’ sfida għall-baħrin Maltin madankollu, urew titjib fil-prestazzjoni tagħhom, minkejja li qedin jikkompetu kontra atleti ta’ livell Olimpiku.

Intant, illum waranofsinhar ukoll Malta se jidħlu fl-azzjoni  Elaine Genovese u Francesca Curmi meta ser jirritornaw fil-court biex jilagħbu kontra d-duo Taljan Nuria Brancaccio u Auroroa Zantedeschi fis-Semi Finali tat-Tennis, fil-Kumpless tat-Tennis Habib Khelil fl-2000hrs Ħin ta’ Malta.

Ekonomija

Sport