Saturday, May 18, 2024

Frenkie De Jong se jibqa’ ma’ Barcelona?

Aqra wkoll

Wara li f’dawn l-aħħar jiem Manchester United kienu f’taħdidiet kontinwi ma’ Barcelona għall-firma tal-midfielder internazzjonali Olandiż, Frenkie De Jong, ftit tal-ħin ilu ħarġet aħbar fuq il-media Spanjola li l-player ta’ 25 sena jrid jibqa’ jilgħab fi Spanja.

Jekk din l-aħbar hija kredibbli, tkun daqqa ta’ ħarta kbira għall-coach il-ġdid tar-Red Devils, Erik ten Hag, li sostna li jrid jibni t-team madwar De Jong hekk kif irid jagħmel l-ewwel akkwist tiegħu.

Sport