Saturday, May 4, 2024

Omiċidju u instabbiltà reliġjuża fl-Indja wara kumment fuq il-Profeta Muhammad

Aqra wkoll

Qtil ta’ persuna ta’ twemmin Hingu fit-Tramuntana tal-Indja wassal għal tensjoni reliġjuża kbira f’din iż-żona. 

Il-każ seħħ fl-istat ta’ Rajasthan u l-vittma huwa ħajjat bl-isem ta’ Kanhaiya Lal. Dan ir-raġel inqatel minn żewġ Musulmani li saħanistra ffilmjaw l-att u tellgħuh fuq internet. Huma qalu li wettqu dan bħala ritaljazzjoni għal kummenti ta’ appoġġ li dan ir-raġel għadda lejn politiku partikolari li ftit tal-jiem ilu għadda kummenti kontroversjali dwar il-Profeta Muhammad. Dawn iż-żewġ persuni ġew arrestati ftit tal-ħin wara li l-filmat xxerred fuq l-internet u dan hekk kif huma identifikaw lilhom infushom f’dan il-filmat. 

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-gvern issospenda s-servizz tal-internet kif ukoll ipprojbixxa li jkun hemm ġemgħat ta’ nies. 

Sport