Wednesday, April 24, 2024

“Mal-annimali m’hemmx Ħdud u festi … illum il-festa tal-imħabba lejhom” 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-Imnarja hija festa ta’ kultura u ta’ mħabba lejn il-bhejjem.” Qal dan Rodrick Arapa f’kumment li ta lil dan is-sit waqt li kienu qed isiru l-attivitajiet tal-Imnarja fil-Buskett fejn huwa tella’ għall-wiri tliet mogħżiet min-nani (pygmy goats).

Arapa tkellem dwar ix-xogħol li huwa jagħmel ma’ dawn l-annimali li jinvolvi ammont konsiderevoli ta’ ħin u anke sagrifiċċju fejn “la għandek Ħdud u festi, trid tmur tagħlef kuljum, trid tieħu ħsiebhom u tqatta’ l-ħin magħhom.” 

Huwa qalilna wkoll li ħass ħafna n-nuqqas ta’ din il-wirja li fl-aħħar sentejn ma setgħetx issir minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija tal-Covid-19 iżda qal li jinsab sodisfatt li din reġgħet saret u ġibdet lejha interess kbir mill-pubbliku.

Sport