Wednesday, November 29, 2023

MED9 turija ta’ fiduċja fl-istrateġiji u r-riformi ta’ pajjiżna

Aqra wkoll

Proprju fl-aħħar sigħat rajna l-MED9 jiltaqa’ f’pajjizna. Mexxejja ta’ disa’ pajjiżi Ewropej u Mediterranji iltaqgħu proprju f’Malta biex jiddiskutu temi li bħalissa jinsabu fuq l-aġenda Ewropea u anke tal-pajjiżi Mediterranji. Ewlenin fosthom il-bidla fil-klima, li aktar ma’ jgħaddi żmien aktar qiegħda tkun diskussa u aktar qiegħda taffettwa familji. Rajna fl-aħħar ġimgħat, kif żoni sħaħ fl-Ewropa u fil-Mediterran sofrew bil-kbir mill-bidla fil-klima. Min mod u min ieħor. Ma’ dan il-MED9 iddiskuta ukoll l-immigrazzjoni. L-immigrazzjoni tista’ tgħid li hi l-akbar kriżi ta’ żmienna. Smajna fuq li smajna. Minkejja dikjarazzjoni ma jaqtgħu xejn, l-imwiet fil-Mediterran baqgħu jiżdiedu. Proprju fl-aħħar xhur, erġajna rajna rata ta’ imwiet li hi fost l-ogħla fl-aħħar snin.

Wieħed jista’ jsaqsi imma għaliex intgħażlet Malta għal dan is-summit? Kien ammont ta’ xhur ilu, metą fi tmiem summit li kien seħħ f’Alicante, kien tħabbar li s-summit li jmiss se jsir f’pajjiżna. M’hemm ebda dubju li l-għażla ta’ pajjiżna biex isir is-summit ma saritx b’kumbinazzjoni, jew għax xi ħadd ried jagħmlu hawn. L-għażla ta’ Malta nemmnu li għandha messaġġ. Nemmnu li l-għażla ta’ pajjiżna hi turija ta’ fiduċja fl-istrateġiji u r-riformi li għamel pajjiżna f’diversi oqsma proprju fl-aħħar xhur.

Summit bħal dan hu importanti għal pajjiżna. Dan għax pajjiżna jkollha l-opportunità li jressaq għall-attenzjoni ta’ Stati ferm akbar fl-istess reġjun temi u realtajiet partikolari ta’ pajjiżna.

Irridu nirrimarkaw li f’summits simili, u anke f’fora oħra, Malta dejjem ressqet u imbuttat kemm setgħet it-temi Mediterranji.

Ma setax jonqos li f’dan is-summit, titpoġġa it-tema tal-immigrazzjoni għad-diskussjoni. Tema li ma tiqafx mal-immigrazzjoni biss, imma tinvolvi ukoll is-sitwazzjoni kaotika fil-Libja u anke it-taqlib u l-inċertezza fit-Tuneżija. Pajjiżi li daqs 12-il sena iġġieldu kontra id-dittatura, iżda minkejja li tneħħew id-dittaturi, il-pajjiżi ma mxewx ‘lquddiem kemm wieħed stenna. Fil-każ tal-Libja il-pajjiż hu staġnat għall-aħħar.

Il-ħidma ma tiqafx ma’ dan is-summit. Il-ħidma se tkun qed tkompli. Ħafna drabi fis-skiet u mingħajr daqq ta’ trombi. Summit simili jagħti l-opportunità li jsiru laqgħat bilaterali.

Bħala pajjiż f’nofs il-Mediterran, u taħt gvernijiet differenti Malta dejjem kellha argument wieħed fejn jidħol il-Mediterran. Mediterran stabbli u fil-paċi. Malta dejjem saħqet li ma jistax ikun hemm paċi fl-Ewropa jekk ma jkunx hemm paċi fil-Mediterran. Fuq kollox summit simili hu opportunità li għandha tgħin biex fil-fora tal-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi Mediterranji ikunu vuċi waħda.

Ekonomija

Sport