Friday, December 13, 2024

MEDCANN – Il-Forum Dinji tal-Kannabis Mediċinali jiltaqa’ f’Malta għat-tielet darba

Christine Mallia Spiteri; Kordinatriċi tal-komunikazzjoni fi ħdan il-Malta Enterprise

Aqra wkoll

Il-Malta Enterprise kommessa li tkompli ssaħħaħ din in-niċċa ekonomika ġdida; il-produzzjoni u riċerka u żvilupp fil-kannabis għal skopijiet mediċinali

Permezz tal-qafas leġiżlattiv tal-2018, Malta saret waħda minn l-uniċi pajjiżi fid-Dinja li tippermetti l-attivita’ ta’ prodotti magħmulin mill-kannabis mediċinali għal skopijiet ta’ riċerka u żvilupp. Dan ifisser li Malta għal darb’ oħra tpoġġiet fuq il-mappa u ġibdet l-attenzjoni ta’ investituri ġodda, li issa setgħu jikkunsidraw lil Malta bħala l-bażi l-ġdida għan-negozju tagħhom. Il-Forum Dinji tal-Kannabis Mediċinali li sar fil – 5 u 6 t’April 2022, kien wirja ċara tal-frott li qed jinħoloq mill-ekosistema f’dan is-settur. Dan l-avveniment ġab flimkien bosta partijiet, kemm entitajiet tal-Gvern, kumpaniji privati, riċerkaturi u investituri, f’ post wieħed għal jiem ta’ diskussjonijiet ta’ ideat ġodda, sfidi u soluzzjonijiet. Il-Malta Enterprise ipparteċipat f’dan l-avveniment hekk kif membri mit-tim tal-Promozzjoni tal-Investiment kienu preżenti, sabiex iwasslu l-messaġġ dwar kif Malta qed issir ċentru tal-biofarmaċewtika. Din hija niċċa ġdida fis-settur tal-farmaċewtika. Settur li serva l-ekonomija Maltija b’opportunitajiet ta’ impjiegi ta’ kwalita’ u ta’ livell għoli, mill-qasam xjentifiku, tekniku u speċjalizzat. 

Iż-żoni industrijali tagħna jilqgħu fihom attivitajiet varji. Minn fabbriki li jipproduċu prodotti tal-plastik u  komponenti elettroniċi li jintużaw f’tablets u ċellulari, għal-stampar tas-sigurta ta’ flus kontanti u passaporti għall-komponenti li jmorru fil-karozzi. Iżda wkoll manifattura ta’ mediċini li jikkumbattu diversi kundizzjonijiet u jgħinu miljuni ta’ pazjenti madwar id-dinja. 

Is-settur tal-manifattura ra tkabbir matul is-snin, u saħansitra anke fil-pandemija hekk kif huwa wieħed mil-aktar setturi reżiljenti fl-ekonomija Maltija. Pajjiżna adatta sewwa għat tibdil; tibdil teknoloġiku li joħloq prodotti dejjem iktar innovattivi riżultat tal-impenn ta’ numru kbir ta’ ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati. 

Huwa proprju għalhekk li bħala Malta Enterprise kommessi li nkomplu nġeddu dan is-settur tal-farmaċewtika. Qegħdin naraw li Malta tkun ċentru tal- biofarmaċewtika. Dan għaliex pajjiżna huwa minn ta’ quddiem fil-qasam tal-innovazzjoni, riċerka u żvilupp u anke fis-settur medicinali. Bħala Malta Enterprise nafu eżatt fejn irridu naslu. Il-manifattura ta’ prodotti tal-kannabis mediċinali huwa pass ieħor lejn id-diversifikazzjoni tas-settur farmaċewtiku, hekk kif qed ikompli joħloq impjiegi ta’ kwalita’ u attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp.

Ekonomija

Sport