Tuesday, October 14, 2025

“Mediċina ġenerika hi bijoekwivalenti għall-mediċina tal-marka” – il-Ministru Jo Etienne Abela

Aqra wkoll

“Mediċina ġenerika hi bijoekwivalenti għall-mediċina tal-marka. Dan ifisser li l-mediċina ġenerika trendi l-istess ammont ta’ sustanza attiva fid-demm matul l-istess perjodu ta’ ħin, biex b’hekk tiżgura li l-mediċina ġenerika taħdem fil-ġisem bl-istess mod bħall-mediċina oriġinali. Mediċini ġeneriċi inkluż dawk manifatturati f’Malta, jsegwu l-istess Regolamenti tal-UE fir-rigward tal-kwalità, sikurezza u effettività.  L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tappoġġa l-użu tal-mediċini ġeneriċi.” 

Qal dan il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia. 

Il-Ministru Abela qal li ma jistax jifhem għalfejn qed ikompli jintefa’ dubju dwar l-użu ta’ mediċini ġeneriċi. Qal li “milli jidher, l-Oppożizzjoni mhux qed tifhem li meta qed jintefgħu dawn id-dubju, qed jinħoloq alarm, li għandu effett psikoloġiku fuq l-eluf ta’ pazjenti li jagħmlu użu minn dawn il-mediċini ġeneriċi. M’hemm ebda bażi xjentifika biex jintefa’ dan id-dubju.

“Is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubbliku, l-Awtorità Maltija tal-Mediċini kif ukoll Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA), diġa ddikjaraw pubblikalment li mediċina ġenerika fiha l-istess sustanza attiva bħall-mediċina ta’ referenza,” tenna l-Ministru Abela. 

Matul din is-sena… 10 adozzjonijiet minn sitt pajjiżi differenti 

Fil-Parlament, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon ikkonferma li maul din is-sena sa issa kien hemm total ta’ 10 adozzjonijiet minn sitt pajjiżi differenti; 1 mill-Bulgarija, 3 mill-Kolombja, 3 mill-Indja, 1 mill-Portugal, 1 mill-Vjetnam u 1 minn Malta. 

Il-Ministru Falzon ta dan it-tagħrif meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ. Huwa spjega wkoll li l-informazzjoni li tinżamm għal Malta hija informazzjoni li tiġi mgħoddija lill-Awtorità Ċentrali għax ikunu fi proċess ta’ fostering u wara jinqaleb għall-adozzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport