Wednesday, April 24, 2024

Medja ta’ 26 persuna fix-xahar imutu kawża ta’ mard ċirkolatorju inklużi attakki tal-qalb u puplesija

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Jingħad li għal kull tarbija li titwieled, persuna tmut. Dak huwa ċ-ċiklu tal-ħajja. F’Malta l-età tal-mortalità hija fost l-ogħla fl-Ewropa u aktar ma jmorru, aktar in-nies qegħdin jgħixu ħajja attiva u fit-tul. Il-mortalità tal-bniedem ma tiddependix biss fuq l-età iżda hemm fatturi oħra fosthom dawk tas-saħħa, tal-istil ta’ ħajja  kif ukoll ċirkostanzi aċċidentali jew traġiċi li jiddeterminaw kemm bniedem jgħix. F’Malta l-akbar numru ta’ mwiet f’dawn l-aħħar erba’ snin kien ikkawżat minn mard ċirkolatorju li jinkludi attakki tal-qalb u puplesija, b’medja ta’ 26 persuna fix-xahar imutu kawża t’hekk.

Meta wieħed jikkonsidra l-ammont ta’ ċittadini Maltin li ħallew din id-dinja minħabba mard ċikolatorju li jinkludi attakki tal-qalb u puplesija, naraw li dan l-ammont kważi jikkwantifika għal persuna kuljum. Ammont ta’ min verament jistudjah u jara x’inhu jwassal għal daqstant problemi tas-saħħa ta’ dan it-tip. Fl-2017 l-ammont ta’ persuni li mietu b’din il-kawża kien l-ogħla wieħed b’total ta’ 1,248 mentri fl-2018 dan naqas għal 1,236. Fl-2019 it-total reġa’ ra żieda b’1,245 każ mentri fis-sena 2020 dan niżel għal 1,235. L-aktar li mietu kienu l-persuni fl-età ta’ aktar minn 65 sena.

Sport