Sunday, May 5, 2024

Żieda fl-imwiet bil-kanċer fost iż-żgħar fl-aħħar snin

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fi statistika li ħarġet fil-Parlament jirriżulta li t-tieni l-akbar kawża ta’ mwiet huwa l-kanċer bl-akbar ammont irreġistrat fl-2018 b’total ta’ 1,056 fatalità segwit mis-sena 2020 b’1,021 persuna li mietu b’din il-marda. Hawnhekk jirriżulta li l-fatalitajiet ikkawżati mill-kanċer fost persuni żgħar, jiġifieri dawk ta’ bejn iż-0 u l-24 sena bejn l-2017 u l-2020 żdied fejn fl-ewwel sentejn ta’ dan il-perjodu kien hemm żewġ każijiet kull sena mentri fl-2019 l-ammont żdied għal ħames fatalitajiet u fl-2020 reġa’ tela’ biex it-total kien ta’ seba’ tfal/adoloxxenti/żgħażagħ li mietu kawża ta’ kanċer.

It-tielet l-aktar kawża ta’ mwiet fost residenti Maltin imbagħad ġiet irreġistrata fost dawk morda b’mard fis-sistema respiratorja fejn fl-2017 dan l-ammont kien ta’ 383 fatalità. Dan tela’ għal 390 fl-2018, żdied konsiderevolment fl-2019 b’66 fatalità iżjed. Mentri fl-2019 kellna l-ogħla ammont b’total ta’ 456 imwiet u fl-2020 reġa’ naqas għal 430 persuna li mietu kawża ta’ mard fis-sistema respiratorja tagħhom.

Fis-sena 2020 bdew ikunu rreġistrati l-imwiet ikkawżati mill-Covid-19 fejn f’din is-sena kellna total ta’ 191 persuna li mietu minħabba l-virus bil-maġġoranza tagħhom (182) jirriżulta li kienu persuni ta’ ‘l fuq minn 65 sena. Il-bqija tal-imwiet, disgħa, kienu fost dawk fl-etajiet ta’ bejn il-45 u 64 sena. 

Sport