Thursday, November 21, 2024

Melita jdawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

Zabbar SP ……..1

Melita ………….3

Minn Cristian Muscat

Melita dawru telfa f’reb­ħa bl-iskor ta’ 3-1 fuq Zabbar St Patrick li pattew qares għan-numru ta’ ċansi­jiet li fallew matul il-partita.

Kienu Zabbar li ħolqu l-ewwel periklu, fir-raba’ mi­nuta, meta konklużjoni mid- distanza ta’ Diogo Joao Tava­res intemmet għoli.

Minuta biss wara Leonardo Agius kellu ċans tad-deheb li jiftaħ l-iskor għaż-Żabbarin iżda sab lill-goalkeeper, Gosef Mizzi, attent li ħareġ barra minn postu u interċetta kull periklu.

Fit-13-il minuta, iż-Żabbarin rebħu penalty meta Marc Van Bovenkamp waqqa’ lil Stefan Ilic fil-kaxxa u mill-11-il metru BRIAN GAMBARTE ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lil Miizzi n-naħa opposta.

Fil-25 minuta, kellhom ferħa bla temma meta Dorde Jovicic mill-viċin tefa’ ġewwa iżda r-referee, Fyodor Zammit, kien pront u ħassar dan il-goal minħabba li l-istess Jovicic kien ġġudikat f’pożiz­zjoni ta’ offside.

Iżda, fl-40 minuta, kontra x-xejra tal-logħob Melita kisbu d-draw meta Alan Borg Olivier għadda tajjeb lejn ANDRE PENHA DA COSTA li dar tajjeb mal- goalkeeper, Matthew Grech, qabel tefa’ l-ballun f’lasti voj­ta.

Fit-52 minuta, Zabbar resqu viċin b’xutt b’saħħtu li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper, Mizzi, li salva bi bravura.   Tliet minuta, Gambarte approfitta minn żball fid-difiża avversarja iżda sab lill-goalkeeper Mizzi attent meta pprova jdur miegħu.

Fis-60 minuta reġa’ kien Mizzi providenzjali meta salva parzjalment fuq Joao Tava­res bid-difiża Ġiljaniża tkun pronta tbiegħed il-periklu.

Fl-64 minuta, Melita marru fil-vantaġġ b’kanunata ta’ KARL MOHNANI mid-distanza. Żewġ minuti wara, huma rebħu penalty meta Matthew Grech waqqa’ lil Penha Da Costa biex b’xutt ċentrali fil-baxx MATTHEW DEBATTISTA sammar il-ballun fix-xibka.

ZABBAR SP: 24-Matthew Grech, 5-Jake Micallef, 8-Felix Wallace Bonilha, 10-Brian Gambarte (7-Maritim Augusto Ferreira 67), 11-Stefan Ilic, 19-Diogo Joao Tavares, 21-Strahinja Jovancic, 23-Leonardo Agius, 28-Vinicius De Paiva (13-Zachary Grech 77), 31-Joao Pedro De Sa Mendonca, 55-Dorde Jovicic (22-Isaac Thomas James Davey 82) – Coach: Aniello Parisi

MELITA: 1-Gosef Mizzi, 3-Aldair Pena Simanca, 6-Jean Pierre Attard, 7-Karl Mohnani (14-David Xuereb 86), 9-Andre Carlos Penha Da Costa, 10-Matthew Debattista (21-Nick Cutajar 74), 11-Alan Borg Olivier, 13-Marc van De Font Bovenkamp, 19-Jesus Andres Yepez Morlets (5-Michael Cachia 88), 26-Kurt Bondin, 29-Henrique Marcelino Motta – Coach: Clive Mizzi

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Vasil Vasilev, Robert Curtis

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORERS: B. Gambarte pen. 14 (ZSP), A. C. Penha Da Costa 40, K. Mohnani 64, M. Debattista pen. 67 (M)

AMMONITI: M. Van De Font Bovenkamp, A. Simanca Pena (M), B. Gambarte, J. P. De Sa Mendonca, L. Agius (ZSP)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport