Tuesday, November 26, 2024

Melita tafferma mill-ġdid l-impenn lejn il-komunità

Aqra wkoll

Melita Limited reġgħet affermat l-impenn tagħha lejn il-komunità fl-2022 u tat aktar minn €20,000 lil diversi organizzazzjonijiet tal-karità u NGOs. Dawn jinkludu; il-Malta Community Chest Fund Foundation, id-Dar tal-Providenza, Puttinu Cares, ALS, Hospice Malta, Richmond Foundation u Inspire Malta. Dawn l-għotjiet saru apparti mill-ħidma li għaddejja bħalissa mill-Fondazzjoni Melita li għaliha ġew allokati €500,000 biex jappoġġjaw proġetti edukattivi, patrimonjali u ambjentali.

Harald Roesch, il-Kap Eżekuttiv ta’ Melita Limited, qal, “Bħala waħda mill-kumpaniji ewlenin tal-komunikazzjoni f’Malta, ir-rwol tagħna hu li nagħmlu l-ħajja aħjar għal kulħadd permezz ta’ konnettività aħjar. Iżda r-responsabbiltajiet tagħna jmorru lil hinn minn hekk, wieħed mill-impenji primarji ta’ Melita huwa dak li tikkontribwixxi lejn il-komunità li ngħixu fiha, għal futur sostenibbli. Minkejja l-ambjent ta’ sfida maħluq mill-pandemija kurrenti, Melita se tkompli tkun ċittadin attiv ħafna matul l-2022.”

Sport