Sunday, May 19, 2024

Vassallo Builders tagħti 13-il rota lil djar tat-tfal

Aqra wkoll

Is-seminar tradizzjonali li  Vassallo Builders jorganizza għall-impjegati tiegħu sar dan l-aħħar li inkluda fih attivita’ ta’ teambuilding li matulha ġew immuntati 13-il rota biex jiġu mogħtija b’donazzjoni lil Djar ta tfal ta Santa Tereza fi Żurrieq, Sagra Familja f’Ħaż-Żabbar u l-Paroċċa tal-Mosta.

‘Suċċess permezz ta Sinerġija – flimkien lejn l-ġejjieni’ kienet it-tema magħżula li enfasizzat is-sinifikat ta’ ħidma effettiva f’tim. 

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Vassallo Builders Jonathan Buttigieg introduċa u laqa’ lill-impjegati ġodda kif wkoll irringrazzja lid-dipartimenti kollha tax- xogħol siewi u d-dedikazzjoni li urew matul s-sena kollha.  Matul is-sena dawk preżenti ġew ukoll aġġornati bil-proġetti ewlenin li l-kumpannija kienet involuta fihom, l-investiment fit-teknoloġija avvanzata kif ukoll dwar inizjattivi li jkomplu jgħinu biex il-kumpannija tikkontribwixxi aktar favur it-tnaqqis fit-tniġġiż fl-arja u l-użu tal-enerġija rinovabbli.

Il-Kap Eżekuttiv ta Vassallo Group Pio Vassallo tkellem dwar fuq il-proġetti prinċipali ta’ Vassallo Group u appella biex it-tim ikompli jżid is-sinerġija li ċertament jgħin biex il-grupp ikompli jagħmel suċċess. 

L-eks champion Ewropea tal-fitness u trainer personali Leanne Bartolo indirizzat  is-semina fejn hu qasmet l-istorrja personali tagħha u waslet messaġġ b’saħħtu li ħadd ma għandu jaqta qalbu milli jwettaq il-holm tiegħu.  

Kif spiċċa is-seminar kulħadd attenda għal ikla organizzata mill-kumpannija fejn f’ambjent ta’ ħbiberija u b’miżuri kontra l-Covid-19 setgħu ikomplu jiċċelebraw is-suċċessi tal-kumpannija matul l-2021.

Sport