Friday, May 3, 2024

“Il-PN mhux kredibbli dwar il-kontijiet” – Il-PL

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista ntqal li l-uniku gvern li seraq in-nies bil-kontijiet tal-enerġija kien gvern tal-Partit Nazzjonalista li mhux biss żied il-kontijiet b’rati allarmanti, iżda żidhom iktar minn kemm żdiedu fl-Unjoni Ewropea.

L-istqarrija tkompli li l-gvern Laburista l-ewwel raħħas il-kontijiet, biex issa żamm il-kontijiet stabbli f’mument fejn madwar l-Ewropa u d-dinja kollha kien hemm splużjonijiet fil-prezzijiet tal-enerġija. Dan kellu mpatt pożittiv tant li permezz tar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, tħallew iktar minn €600 miljun fil-bwiet tan-nies.

“Kienet amministrazzjoni Nazzjonalista li fl-2009 daħlet fis-seħħ il-Legal Notice li tirregola kif jinħarġu l-kontijiet. L-uniku bidla bi gvern Laburista kienet li l-kontijiet saru 25% orħos. Ikkonferma dan rapport tal-Awditur Ġenerali”, tkompli tgħid l-istqarrija.

Il-Partit Laburista temm jgħid li bħal fil-każ tal-feed in tariffs dan il-Gvern qiegħed iwettaq bidla pożittiva li tindirizza d-deċiżjonijiet ta’ żmien gvern Nazzjonalista.

Sport