Saturday, December 21, 2024

Melita żżid l-appoġġ għal ħaddiema ewlenin u familji vulnerabbli

Aqra wkoll

L-istaff kollu f’Mater Dei, li huma klijenti tal-Melita, qed jingħataw 5 GB ta’ mobile data fil-ġimgħa

Melita Limited se tieħu serje ta’ azzjonijiet biex tappoġġja ħaddiema ewlenin u familji vulnerabbli milqutin mit-tixrid tal-COVID-19.  Il-ħaddiema ewlenin kollha, klijenti ta’ Melita, se jingħataw dejta addizzjonali, hekk kif studenti li qed jistudjaw biex isiru tobba, li se jkollhom imorru jgħixu f’akkomodazzjoni temporanja bla internet, qed ikunu offruti ukoll data plans bla tmiem.  Fl-istess ħin, Melita se tipprovdi ukoll €10,000 biex jintużaw għax-xiri ta’ frott u ħaxix frisk għall-Foodbank Lifeline Foundation. 

Ħaddiema ewlenin bħalma huma infermiera, tobba, pulizija, u membri tal-forzi armati, kif ukoll membri tal-istaff f’Mater Dei, flimkien ma’ persuni li jaħdmu fid-djar tal-anzjani li jkollhom iqattgħu perjodi twal ta’ ħin ’il bogħod mid-dar biex jieħdu ħsieb lir-residenti, se jingħataw 5 GB ta’ mobile data kull ġimgħa bla ħlas.  Għal dawk l-istudenti tal-mediċina li jinsabu fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom, li se ikollhom jitilqu mid-dar u jmorru jgħixu f’akkomodazzjoni temporanja biex inaqqsu mir-riskju ta’ tixrid tal-coronavirus, Melita se tipprovdi data plans bla tmiem. 

Barra minn hekk, Melita se tappoġġja ukoll lill-komunità usa’, b’mod partikolari lill-għadd dejjem jikber ta’ familji vulnerabbli li qed jintlaqtu l-aktar ħażin mill-impatt ekonomiku fl-isfond tat-tixrid tal-COVID-19.  F’dawn l-aħħar ġimgħat, il-Foodbank Lifeline Foundation rat żieda sinifikanti biex tgħin aktar, bil-provvista ta’ frott u ħaxix frisk għal dawk vulnerabbli ssir sfida partikolari.  Għal din ir-raġuni, il-kumpanija se tipprovdi €10,000 biex jintużaw għax-xiri ta’ prodotti tant meħtieġa. 

Harald Roesch, Kap Eżekuttiv tal-Melita Limited, qal: “Mill-bidu tat-tixrid tal-COVID-19, Melita ħadmet qatigħ biex tiżgura li tappoġġja lill-impjegati u lill-klijenti kollha tagħha bl-aħjar mod.  Madankollu, hu tajjeb li nagħmlu sforz addizzjonali biex nappoġġjaw lill-ħaddiema ewlenin li jinsabu fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra dan il-virus, filwaqt li jqattgħu perjodi twal ’il bogħod mill-għeżież tagħhom.  Bl-istess mod, ma nistgħux ninsew in-numru dejjem jikber ta’ familji vulnerabbli li l-agħar li ntlaqtu mill-impatt ekonomiku tal-kriżi attwali.  Hekk kif din is-sitwazzjoni tiżviluppa, Melita se tkompli tappoġġja bis-sħiħ lill-komunità u żżomm lill-pajjiż konness.”

Ekonomija

Sport