Tuesday, August 19, 2025

Melvin Debono magħruf bħala l-“Quws” se jerġa’ jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tan-12.30pm, il-Pulizija ser tressaq lil Melvin Debono magħruf bħala l-“Quws” quddiem il-Maġistrat Dr Gabriella Vella LL.D. fejn fost l-oħrajn se jiġi akkużat b-isparatura li seħħet tard nhar il-Ħadd li għadda f’Raħal Ġdid.

Allegatament Debono kellu argument ma’ 3 irġiel oħrajn u b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.

Debono kien qiegħed barra mill-ħabs fuq ħelsien mill-arrest wara li għas-sitt darba l-Qorti kienet aċċettat li tagħti l-ħelsien.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Monica Galea bil-Pulizija komplew bl-investigazzjonijiet biex jistabilixxu l-mottiv warajha.

Il-“Quws” hu magħruf sew mal-Pulizija hekk kif aktar kmieni din is-sena kien tressaq il-Qorti fejn ġie mixli b’għadd ta’ akkużi fosthom li saq karozza b’veloċità eċċessiva li wasslet għall-ħabta bejn karozza tal-Pulizija u oħra pparkjata.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport