Sunday, December 22, 2024

Membri tal-gvern tranżitorju arrestati f’kolp ta’ stat fis-Sudan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont rapporti mill-militar tas-Sudan, fl-aħħar sigħat ġew arrestati bosta membri tal-gvern tranżitorju inkluż il-Prim Ministru Abdallah Hamdok.

Gruppi favur id-demokrazija fil-pajjiż ħarġu jipprotestaw fit-toroq tal-belt kapitali Khartoum kontra dan il-kolp ta’ stat. Madankollu dawk kontra l-gvern tranżitorju ħarġu jappoġġjaw lill-armata. 

L-armata ilha f’kunflitt mal-gvern tranżitorju mindu dan beda jmexxi lill-pajjiż sentejn ilu wara li kien tneħħa l-mexxej ta’ qablu Omar al-Bashir. Minkejja rapporti ta’ tiri li ġew sparati qalb dan il-kaos, ma nħarġet l-ebda konferma dwar dawn l-istess tiri.

L-ajruport ta’ Khartoum ingħalaq u t-titjiriet internazzjonali minn u lejn il-kapitali ġew sospiżi. 

Ekonomija

Sport