Saturday, July 25, 2026
Home Covid-19 Covid-19: Ftit aktar minn 200 każ attiv

Covid-19: Ftit aktar minn 200 każ attiv

0
775

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 13-il każ ġdid tal-Covid-19 filwaqt li kien hemm 21 persuna li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huwa ta’ 219.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 460 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt kawża tal-Covid-19.

Bħalissa f’Mater Dei hemm 13-il pazjent li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 867,820 doża tal-vaċċin li minnhom 44,830 kienu l-ewwel doża.