Memphis Depay żvela li beħsiebu jibqa’ ma’ Barcelona għall-istaġun 2022-23.
Bħala riżultat ta’ kuntratt ta’ sentejn fil-Camp Nou fis-sajf li għadda, il-futur tal-internazzjonali Olandiż huwa inevitabbilment wieħed inċert.
Fi stadju minnhom, deher li l-player ta’ 28 sena kien se jinbiegħ mill-ġganti Katalani, iżda minn dak iż-żmien Depay reġa’ lura fl-ewwel team, u issa laħaq l-ammont ta’ 11-il goal minn 24 ħarġa fil-La Liga.
Minkejja l-ispekulazzjonijiet li għaddejjin dwar il-fażi li jmiss tal-karriera tiegħu, Depay indika li jrid ikompli l-karriera tiegħu ma’ Barcelona.
Il-coach ta’ Barcelona Xavi irrikonoxxa li Depay kien rebaħ postu lura fit-team, u qal li “għandu jkompli jilgħab b’mod regolari” jekk ikompli jipproduċi l-istess livell ta’ prestazzjonijiet li qed ikollu fl-aħħar partiti.