Tuesday, May 14, 2024

Il-Papa jinsab pessimist dwar il-gwerra u l-ftehim għall-paċi

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku jiddeskrivi lilu nnifsu bħala “persuna pessimista” fil-konfront tal-gwerra Russo-Ukrajna. Dan stqarru waqt intervista li kellu mal-midja Taljana “Corriere della Sera”, fejn sostna li hemm nuqqas ta’ rieda għall-paċi. 

Huwa kompla jgħid li meta ltaqa’ mal-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orban, dan għarrfu li r-Russi “għandhom pjan” u li “kollox se jiġi fi tmiemu” fid-9 ta’ Mejju.

Id-9 ta’ Mejju hija Jum il-Vitorja fir-Russja — data importanti li fiha r-Russja tiċċelebra r-rebħa fuq il-Ġermanija Nazista fit-Tieni Gwerra Dinjija. 

Sport