Saturday, April 27, 2024

Għajnuna bla ħlas mill-Fgura United lill-istudenti li se jagħmlu l-benchmarks

Aqra wkoll

Fis-sigħat li għaddew, il-Klabb tal-Futbol tal-Fgura United ħabbar li min-nhar il-Ħadd li ġej, 8 ta’ Mejju, se jkun qed jipprovdi għajnuna bla ħlas lil dawk l-istudenti li jiltaqgħu ma’ xi diffikultajiet waqt li jkunu qed jagħmlu l-homework.

Din l-assistenza, li se tkun qed tingħata minn għalliema kkwalifikata tal-iskola primarja, hija mmirata għall-istudenti tal-iskola primarja li se jagħmlu l-eżamijiet tal-benchmarks.

Il-ħinjiet huma dawn:

  • Il-Ħadd 8 ta’ Mejju mid-9:00am sal-10:30am
  • Il-Ħadd 15 ta’ Mejju mid-9:00am sal-10:30am
  • Is-Sibt 21 ta’ Mejju mid-9:00am sal-10:30am
  • Is-Sibt 28 ta’ Mejju mid-9:00am sal-10:30am

Sport