Wednesday, December 25, 2024

Meqjus “affidabbli” wara li mar jiffirma l-għassa b’nofs gramma kokaina fuqu

Aqra wkoll

Żgħażugħ miż-Żejtun tressaq il-Qorti wara li fl-aħħar jiem mar l-għassa biex jiffirma bi ftit inqas minn nofs gramma droga kokaina fil-pussess tiegħu.

Iż-żgħażugħ naqas milli jattendi għal seduta tal-Qorti dwar każ preċedenti, u b’hekk meta daħal fl-għassa taż-Żejtun huwa ġie arrestat u saret it-tfittxija fuqu fejn instab li kellu l-imsemmija droga.

Id-difiża mmexxija mill-avukat Matthew Xuereb sostniet illi ż-żgħażugħ huwa affidabbli anke minħabba li għamel progress hu u jistenna l-eżitu tas-sentenza. Qalet li ż-żagħżugħ sab impjieg fiss, għandu relazzjoni stabbli, u saħansitra għandu post fejn jgħix għal rasu. Qalet ukoll li b’rabta mal-każ preċedenti, huwa naqas milli jattendi fil-qorti darba biss.

Il-prosekuzzjoni ma sabet ebda oġġezzjoni biex iż-żagħżugħ jinħeles mill-arrest, u għalhekk il-Qorti illiberatu b’depożitu ta’ €8,000 u garanzija personali ta’ €4,000.

Ekonomija

Sport