Il-Mercedes ammettew li wettqu aktar minn żball wieħed waqt il-Grand Prix tal-Ġappun li ħafna sejħulha bħala frustranti.
Waħda mid-deċiżjonijiet l-aktar jaħarqu kienet dik relatata ma’ George Russell li spiċċa fit-tmien post wara li membri fi ħdan dan it-tim naqqsu milli jieħdu deċiżjoni f’waħda waqt il-pit stop li kellhom is-sewwieqa tagħhom.
Il-Mercedes damu ma ħadu deċiżjoni tliet laps qabel tmiem it-tellieqa minkejja li sewwieqa oħra kienu qed ifittxu sabiex jinbidlulhom it-tyres tagħhom.