Thursday, July 23, 2026
Home Sport Raducanu qed tfittex kowċ ieħor

Raducanu qed tfittex kowċ ieħor

0
659
Ritratt: Getty

It-tennista Emma Raducanu qed tfittex il-ħames kowċ f’xejn inqas minn 16-il xahar wara li dak preċedenti Ivan Tursonov ma ġeddidx il-kuntratt tiegħu sabiex imexxiha.

Raducanu tinsab f’salib it-toroq hekk kif qed tipprova tfittex il-konsistenza u eventwalment kowċ li jdum magħha għal iktar żmien. 

Raducanu, li għandha 20 sena, kellha mumenti brillanti bit-tmexxija ta’ Turcanov hekk kif waslet sas-semifinali tal-Open tal-Korea x-xahar li għadda.