AC Milan se jippruvaw iġibu lejn Milanello lid-difensur internazzjonali Tork, Merih Demiral. Dan tal-aħħar bħalissa qed jilgħab fl-Arabja Sawdija ma’ Al Ahli fejn ilu sa mis-sajf li għadda.
Il-pjan tar-Rossoneri hu dak li jġibuh magħhom fuq bażi ta’ self għalkemm ħafna qed isostnu li mhux se tkun biċċa xogħol faċli.
Demiral għandu esperjenza fis-serie A Taljana wara li fil-passat kien jilgħab ma’ Juventus u Atalanta.