Thursday, December 26, 2024

Meta fil-Milied is-suldati waqfu jiġġieldu, kantaw l-innijiet tal-Milied u bidlu r-rigali

Aqra wkoll

Kien bħal lum 25 ta’ Diċembru tas-sena 1914, waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija meta xejn inqas minn 10,000 suldat li kienu qed jiġġieldu fil-punent tal-Ewropa irrifjutaw li jkomplu jiġġieldu lil suldati oħra fuq il-front l-ieħor.

Is-suldati Ġermaniżi bdew ikantaw “Lejl ta’ skiet’ flimkien ma’ għanjiet oħra tal-Milied. Huma żejnu t-trunċieri bis-siġar tal-Milied u anke waħħlu messaġġ fejn awguraw il-Milied it-Tajjeb is-sudati fuq in-naħa l-oħra. 

Għal xi ħin kien hemm is-skiet imma imbagħad is-sudati Ingliżi ingħaqdu magħhom u bdew ikantaw l-għanjiet tal-Milied.

Kien proprju f’Jum il-Milied li s-suldati bdew ħerġin mit-trunċieri u ltaqgħu mas-suldati tal-front l-ieħor. Taw rigali lil xulxin bħal tabakk, ċikkulata u alkohol. 

L-awtoritajiet Ingliżi ma ħadux gost dan u kienu ordnaw li suldati li jkunu ingaġġati fi ftehim mhux uffiċjali ma’ suldati tan-naħa l-oħra jgħaddu qorti marzjali.

Ekonomija

Sport