Wednesday, July 24, 2024

Meta ġew deportati il-Ġappuniżi mill-Kanada…

Aqra wkoll

Bħal-lum 24 ta’ Frar tas-sena 1942, il-Gvern Kanadiż approva dik li kienet l-Order in Council PC 1486. Din kienet titlob għat-tkeċċija tal-persuni Ġappuniżi jew ta’ dixxindenza Ġappuniża minna żona ta’ madwar mitt mill-kosta tal-Paċifiku fil-Kanada. B’riżultat ta’ dan, 22,0000 peruan Kanadiża li kienu dixxendenti Ġappuniżi, u li ħafna minnhom kienu twieldu l-Kanada tkeċċew minn djarhom.

Familj spiċċaw tkissru u infirdu bl-irġiel jintbagħtu f’kampjiet tax-xogħol waqt li n-nisa u tal spiċċaw għalihom. Ġara li imbagħad madwar 3,000 persuni sinjuri tħallew jixtru proprjetajiet f’żoni oħra, il-maġġoranza tal-Ġappuniżi effettwati kienu ħaddiema u spiċċaw f’kampijiet fi Slocan Valley fi British Columbia. Huma kienu akkomodati fi dwar b’kundizzjonijiet miżeri bla protezzjoni għax-xitwa.

Il-Gvern kien ħataf djar u proprjetajiet ta’ dixxendi Ġappuniżi u biegħhom bi prezzijiet redikoli. Wara li ntemmet it-Tieni Gwerra Dinijia, dawn il-persuni Ġappuniżi ingħataw żewġ għażliet jew li jitilqu mill-British Columbia jew ikunu ripatrijati lejn il-Ġappun. Xi wħud irreżistew dan. Il-Gvern ordna deportazzjoni bil-forza ta’ 10,000 persuna.

Bdiet oppożizzjoni kbira mir-residenti Kanadiżi kontra din il-politika. Madwar 4,000 persuna kienu laħqu ġew iddeportati lejn il-Ġappun. Gvernijiet ta’ wara iddefendew dań il-pjan. Finalment il-Gvern Kanadiż kien għamel apoloġija u ħallas kumpens lill-vittmi li kienu għadhom ħajjin.

Ekonomija

Sport