Monday, May 13, 2024

Organizzat l-ewwel rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Bejn illum, 24, u għada l-Ħadd, 25, Island Karting Club u Karting Club Malta, flimkien mal-Malta Motorsport Federation, qed jorganizzaw l-ewwel rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting 2024 fil-korsa La Reve f’Ħal Far.

Illum hija ddedikata għall-klassijiet riservati għall-iżgħar sewwieqa. It-tiġrijiet fil-kategoriji li ġejjin bdew fl-10:00 a.m b’sessjoni ta’ taħriġ ta’ 10 minuti; dawn il-klassijiet huma Rotax Micro, Mini Gr3, u X30 Iame Junior 125cc. 11:09, tellieqa għall-pole position; f’12:28 u 15:08, pre-final u finali, rispettivament.

Is-sewwieqa adulti se jiddebuttaw il-Ħadd, 25, fid-9:45 a.m fil-klassijiet li ġejjin: Iame X30 Masters, Vortex Senior/Master, Rotax, u Iame X30. Il-pole position tibda fl-10:45, il-pre-finali f’nofsinhar u l-finali fl-2:25 p.m.

Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting qed jiġi organizzat b’kooperazzjoni bejn Karting Club Malta u Island Karting Club u mmexxi mill-Malta Motorsport Federation. L-avveniment se jkun b’xejn għall-pubbliku, avveniment għall-familja kollha li żgur jintgħoġob minn tfal ta’ kull età.

Sport