Saturday, December 21, 2024

“Meta għidna li se nindirizzaw l-iffullar kellna pjan ċar”

- Il-Ministru Roderick Galdes

Aqra wkoll

“Meta għidna li se nindirizzaw l-iffullar kellna pjan ċar”. Hekk kiteb il-Ministru Roderick Galdes fuq il-midja soċjali dwar ir-riforma u l-emendi fil-liġi tal-kera.

Il-Ministru kiteb li l-Gvern irid livell ta’ għajxien diċenti għal kulħadd u għalhekk se jkun indirizzat l-iffullar u mhux se jiġu ttollerati aktar abbużi.

Hu kompla jikteb li “waqt id-diskussjoni dwar l-emendi fil-liġi tal-kera, il-Gvern se jkun qiegħed jipproponi li l-ammont ta’ nies permessi f’kamra tas-sodda ma jaqbiżx iż-żewġ persuni f’każ ta’ kirja shared.”

Ekonomija

Sport