Bħal-lum 12 ta’ Mejju tas-sena 1978, ħaddiema li kienu jaħdmu fis-Saab-Scania, li kien impjant tal-karozzi f’Sao Bernardo fil-Brażil, iddeċidew li jieqfu mix-xogħol u dan minkejja li dak iż-żmien il-Brażil kien immexxi minn reġim miliitari.
L-istrajk infirex u f’temp ta’ ġimagħtejn kien hemm xejn inqas minn 20 fabbrika b’total ta’ 45,000 ħaddiema li waqfu mix-xogħol u bdew jitolbu żidiet fil-pagi. Fil-jiem ta’ wara l-istrajk infirex lejn iż-żoni ta’ Sao Paolo u Osasco.
Finalment il-kumpaniji tal-karozzi qablu li jagħtu żidiet fil-pagi ta’ bejn 11 u 13.5 fil-mija.