“Jiena Javen Vella, u meta kelli sitt snin kelli mmur l-Ingilterra kif ukoll il-Ġermanja għat-trattamenti mediċi. Puttinu Cares mill-bidu nett kien hemm għalina u sibnihom bħala spalla kbira”
Dan kien il-messaġġ li twassal fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares, fejn Javen wassal il-messaġġ lil poplu sabiex fil-Ġimgħa l-Kbira jinvestu f’Puttinu għal għan nobbli.
Tenna li Puttinu huwa karus fejn il-Maltin qed jġemmgħu l-flus biex jekk Allaħares qatt xi ħadd ikollu bżonn dawn ikunu ta’ spalla.