Saturday, December 21, 2024

“Meta nfetaħ diġà kien żgħir… se jsir investiment fit-tkabbir tal-Isptar”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt diskussjoni fil-parlament dwar il-qasam tas-saħħa qal li l-fatti juru li pajjiżna għal darba oħra mhux se joqgħod jixxaħħaħ fejn tidħol is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Rigward il-mediċini fuq il-formularju, Fearne qal li dan il-gvern jara li dawn il-mediċini jkunu wkoll għand l-ispiżjara  u ma jispiċċawx out of stock. Il-Ministru Fearne tkellem dwar l-introduzzjoni ta’ EpiPen f’kull skola. Huwa qal li dan huwa invetisment bħal meta toħroġ bl-umbrella iżda tippreferi ma tagħmilx xita. Huwa qal li wara ftit xhur dawn l-EpiPen jintremew imma anke jekk hemm bżonn jintremew dawn kollha, xorta se jinxtraw għax jistgħu jsalvaw il-ħajja ta’ tifel jew tifla li jbatu minn dawn l-allerġiji. 

Rigward l-isptar Mater Dei, Fearne qal li issa ilu jopera daqskemm dam biex jinbena u għalhekk wasal iż-żmien li jsir it-tibdil. Huwa spjega li meta infetaħ, l-Isptar kien diġà żgħir għall-pazjenti u l-viżitaturi li jżuruh u b’hekk se jkun qiegħed isir xogħol u kull sena se jkun hemm fondi allokati biex isir investiment f’dan il-post. Se jirdoppja bi kważi d-doppju l-ispazju fl-emerġenza. Il-Ministru qal li qatt ma kien aċċettabbli li tiżdied l-istennija fl-emerġenza minħabba l-każi tal-Covid.

Rigward il-konċessjoni ta’ Steward Health Care, Fearne qal li huma għandhom id-drittijiet u l-obbligi li kellhom il-VGH. Kull tibdil li jista’ jkun hemm f’din il-konċessjoni jista’ biss isir fl-ambitu tal-liġijiet Maltin u dawk Ewropej. B’hekk il-konċessjoni kif inhi llum tagħti l-obbligu li daħlu għalih Steward Health Care u għalhekk il-gvern mhux se jonqos li jiżgura li s-servizzi jkunu tal-aqwa livell. 

Ekonomija

Sport