Saturday, May 4, 2024

Manchester United jikkunsidraw li jkeċċu lil Ole Gunnar Solskjaer minn manager

Aqra wkoll

Manchester United qed jikkunsidraw li jkeċċu lil Ole Gunnar Solskjaer minn manager.

Il-ġerarkija tal-club qed tagħti konsiderazzjoni serja li tkeċċi lil Solskjaer qabel il-logħba li jmiss ta’ Manchester United barra minn darhom kontra Tottenham is-Sibt. United naqsu milli jwieġbu għall-kummenti dwar il-pożizzjoni tal-manager.

Il-players ta’ Manchester United huma mifhum li nżammu ġewwa Old Trafford għal sagħtejn sħaħ wara t-tisfira finali tal-umiljazzjoni fit-telfa ta’ 5-0 kontra Liverpool nhar il-Ħadd.

United sofrew ħames telfiet fl-aħħar disa’ logħbiet tagħhom u jinsabu mingħajr rebħa fl-aħħar erba’ logħbiet tagħhom fil-Premier League. Id-disfatta ta’ 5-0 tal-Ħadd minn Liverpool kienet l-agħar telfa li qatt kellhom United f’darhom kontra l-akbar rivali tagħhom.

Hu mifhum li l-players tal-United jinsabu f’ġurnata ta’ mistrieħ qabel it-tħejjijiet għall-partita ta’ Spurs. Manchester United mhux se jkunu mpenjati f’nofs il-ġimgħa minħabba l-eliminazzjoni tagħhom mil-League Cup minn West Ham ix-xahar li għadda.

Manchester United ippremjaw lil Solskjaer talli kienu għamlu ‘progress ċar’ l-istaġun li għadda b’kuntratt ġdid ta’ tliet snin f’Lulju iżda l-forma tagħhom naqset f’dan l-istaġun fost l-istennija ta’ sfida għat-titlu.

Wara l-umiljazzjoni kontra Liverpool, Solskjaer sostna li l-iskwadra kienet fi triqitha biex tirnexxi taħt it-tmexxija tiegħu.

“Jiena nemmen fija nnifsi, nemmen li qed nersaq viċin għal dak li rrid mal-club. Naħseb dak li għamilna, fl-aħħar xhur kien xi ħaġa poiżttiva. Ovvjament ir-riżultati dan l-aħħar ma kinux tajbin biżżejjed, iżda nemmen li se nkunu qed nirkupraw minn din is-sitwazzjoni fi żmien qasir.”

Sport