Tuesday, May 20, 2025

Meta nħareġ il-fuljett Mujeres Libres…

Nisa mill-moviment ingħaqdu fil-ġlieda kontra l-faxxisti Spanjoli

Aqra wkoll

Bħal-lum 20 ta’ Mejju tas-sena 1936 inħarġet l-ewwel edizzjoni tal-fuljett Mujeres Libres (Nisa Ħielsa). Dan kien fuljett anarkista Spanjol. Waħda mill-kofundaturi tal-fuljett, Lucia Sanchez Saornil, kittieba u poeta, kienet attiva fl-union CNT.

Il-grupp imbagħad kellu rwol marbut mar-rivoluzzjoni Spanjola, li faqqgħet aktar tard dik is-sena. Kienu bdew kampanja kbira edukattiva biex tindirizza rati għoljin ta’ illiteriżmu fost in-nisa, waqqfet ‘child care’ kollettiv għal tfajliet li jaħdmu fil-fabbriki u ħadmet ma’ CNT  biex tħarreġ nisa fil-ġlieda għal pagi ugwali.  

Ammont ta’ nisa minn Mujeres Libres ingħaqda ma’ nisa oħra fil-ġlieda kontra l-forzi faxxisti fil-gwerra ċivili Spanjola.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport