Friday, May 3, 2024

“Meta tagħti, tirċievi”

Żewġt ibniet li ppreżentaw somma lil Puttinu Cares

Aqra wkoll

Min minna qatt ma sema’ l-frażi: “Meta tagħti, tirċievi”? Din hija frażi popolari sew magħna l-Maltin li bħala poplu magħrufin għall-ġenerożità u s-solidarjetà ma’ persuni fil-bżonn.

Però, il-qawwa ta’ din il-frażi toħroġ bil-wisq akbar meta titlissen minn fomm it-tfal. Lana Camilleri u Yazmin Falzon — żewġt itfal ta’ madwar sitt snin — jidhru li huma familjari sew ma’ dan il-kliem, għaliex kienet propja din il-fażi li lissnu meta ppreżentaw donazzjoni lil Puttinu Cares.

Lana tat donazzjoni ta’ €350 li qalgħet għall-Praċett, filwaqt li Yazmin talbet lil dawk qrib tagħha biex għal għeluq sninha jtuha flus minflok rigali materjali u b’hekk setgħet tagħti s-somma ta’ €250.

Sport