Thursday, December 26, 2024

“Meta wieħed iqis is-sensittività tal-każ, dan huwa dewmien totalment inaċċettabbli”

Il-PM jikteb lill-Prim Imħallef b’rabta mal-inkjesta maġisterjali dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela kiteb lill-Prim Imħallef Dr Mark Chetcuti b’rabta mal-inkjesta maġisterjali dwar l-inċident fatali li seħħ f’Kordin fit-3 ta’ Diċembru 2022, li fih tilef ħajtu Jean Paul Sofia.

Fl-ittra, il-Prim Ministru qal li sal-lum, il-proces-verbal dwar dan il-każ li dwaru hemm inkjesta maġisterjali preseduta mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia għadu ma ġiex redatt u allura l-inkjesta għadha ma ngħalqitx.

Qal li meta wieħed iqis is-sensittività tal-każ, dan huwa dewmien totalment inaċċettabbli, anke meta wieħed jikkunsidra l-effiċjenza li l-Qrati ppreseduti minnu qegħdin konsistentement juru.

“Il-Maġistrat inkwerenti għandha a dispożizzjoni tagħha r-riżorsi kollha mitluba inkluż l-esperti tekniċi meħtieġa. Għaldaqstant ġentilment nitolbok sabiex bl-eżerċizzju tas-setgħat u prerogattivi tiegħek, tiżgura li din l-inkjesta maġisterjali tingħalaq sabiex il-kors tal-ġustizzja jimxi ‘l quddiem u kull min huwa responsabbli għal dak li seħħ, iwieġeb għal għemilu,” tenna l-Prim Ministru.

Ekonomija

Sport