Saturday, November 23, 2024

Metsola tgħid li l-PN għandu tama qawwija li jfassal ġejjieni attraenti għal poplu

Aqra wkoll

“Għandna ħafna biex inkunu kburin, għandna ħafna biex inkunu ottomisti minkejja d-diffikultajiet li naffaċjaw. Għandna tama qawwija li flimkien kapaċi nfasslu ġejjieni attraenti għalik”

Dan iddikjarat il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, hekk kif kienet qed tindirizza lill-folla li llum f’Jum il-Ħaddiem nġabret għar-rally organizzat fi Ġnien l-Għarusa fiil-Mosta

Waqt id-diskors tagħha, Roberta Metsola irreferiet għall-poplu Malti bħala wieħed bieżel, ta’ rieda tajba u ta’ integrita’. Spjegat kif skontha bħal-lum 20 sena, il-poplu Malti u Għawdxi sebaħ b’tama ġdida, ħerqan biex jibda ġejjieni ġdid. Qalet ukoll li dik kienet u tibqa’ l-politika tal-Partit Nazzjonalista, politika għan-nies.

B’referenza għall-midja, Metsola iddikjarat u qalet; “Hawn min jippretendi lill-midja milli jieqfu milli jirrapurtaw dak li jagħmel il-Parlament Ewropew u dak li nagħmel jien bħala President tal-PE. Jagħmel hekk għax ma jemminx fid-demokrazij. Jagħmel hekk għax billi jsejjħuli dik se jwaqqfuni. Xejn minn dan, anzi ir-risposta tiegħi hija ħallihom jagħmlu u ħallihom jgħidu. U jien se nistaqsi; “Minn xix qed jibżgħu?”

Fid-diskors tagħha, il-President tal-PE qalet li hija kburija li hija Maltija u li qatt mhu se taċċetta li jkun hemm min itappan isem pajjiżna.

Sport