Sunday, November 3, 2024

Mexxej ġdid f’Hong Kong… simpatizzant kbir taċ-Ċina

Aqra wkoll

John Lee ġie maħtur bħala l-mexxej il-ġdid ta’ Hong Kong, wara proċess ta’ votazzjoni magħluq fejn hu biss kien qiegħed jikkontesta. 

Il-ħatra ta’ Lee qiegħda tkun meqjusa minn bosta bħala mossa mill-gvern Ċiniż biex ikompli jkabbar il-ħakma tiegħu fuq din il-belt. Lee huwa attivist kbir ta’ Beijing, u kien ukoll il-persuna responsabbli mill-kontroll tad-dimostrazzjonijiet favur id-demokrazijia li seħħew fl-2019, liema dimostrazzjonijiet kienu wkoll f’xi waqtiet vjolenti. Lee se jkun qiegħed jieħu post Carrie Lam li serviet mill-2017.

Il-mexxejja ta’ Hong Kong jiġu magħżula minn kumitat magħluq ta’ 1,500 persuna, li fil-maġġoranza assoluta tagħhom jissimpatizzaw ma’ Beijing. Din id-darba kien hemm biss Lee li kkontesta għall-kariga. 

Minkejja li għandu l-appoġġ ta’ Beijing, Lee ftit li xejn igawdi popolarità ġewwa Hong Kong u dan minħabba l-irwol li huwa kellu fil-kontroll tad-dimostrazzjonijiet imsemmija iktar kmieni. 

Sport