Il-baħri Grieg li jaħdem fuq il-vapur Nikolaos li jopera għal Gozo Channel u li nhar il-Ġimgħa li għadda weġġa’ hekk kif intlaqat minn vettura fuq il-vapur stess m’għadux fil-periklu tal-mewt.
Il-każ seħħ hekk kif mara Irlandiża ta’ 26 sena kienet qed tipprova titla’ fuq il-vapur u għal xi raġuni l-vettura Ford Ka li kienet qed issuq spiċċat niżlet b’veloċità b’lura bil-konsegwenza li tajret il-baħri li kien qed jidderiġi l-karozzi.
Il-Grieg ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt minħabba ġrieħi li sofra f’rasu u anke xi ksur.
Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana