“M’għandi l-ebda problema li nkompli nwieġeb kull domanda li ssirli, iżda rrid infakkar li dawn il-mistoqsijiet, fosthom fuq il-prerogattiva tal-Prim Ministru li jaħtar il-Kabinett, huma kompletament ‘il barra mill-konfini ta’ dan il-Kumitat,” qal l-Eks PM Joseph Muscat hekk kif illum kompliet ix-xhieda tiegħu quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi (PAC).
Għal diversi drabi matul is-seduta tal-lum, huwa ġie affaċċjat b’mistoqsijiet li t-tema tagħhom tmur lil hinn minn dak li jittratta r-rapport tal-Awditur Ġenerali: “Nirreferi għal Ruling 5541 tal-Ispeaker li jagħmilha ċara li d-domandi f’dan il-Kumitat iridu jsiru skont l-istanding orders ta’ dan il-Parlament. Fir-rapport tal-Awditur Ġenerali mkien ma jissemmew it-temi li qed niġi mistoqsi dwarhom”.
Min-naħa tiegħu, Dr Muscat tenna li minkejja dan, huwa se jkompli jwieġeb bla problema.