Tuesday, May 14, 2024

Jiżdiedu b’5% in-numru ta’ konvenji fix-xahar ta’ Ġunju

Aqra wkoll

F’Ġunju ta’ din is-sena b’kollox saru 1,141 konvenji u għalhekk meta kkumparat ma’ Ġunju tas-sena li għaddiet, hemm żieda ta’ 5 %. Barra min hekk, fix-xahar li għadda b’kollox saru 978 kuntratti, jiġifieri tnaqqis ta’ 18.1% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Din l-informazzjoni ħarġet minn ċifri pprublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, li wera li in-nefqa totali tal-kuntratti kienet tammonta għal €248.2 miljun.L-istess statistika uriet ukoll li l-maġġorparti tal-kuntratti saru minn xerrejja individwali, b’total ta’ 910 kuntratt. Dan filwaqt, li l-kumplament saru minn kumpaniji differenti.

Mill-istess statistika ħareġ ukoll li l-iktar lokalita li fiha saru ammont sostanzjali ta’ kuntratti kienet dik ta’ San Pawl il-Baħar b’total ta’ 102 kuntratt. Din kienet segwita minn Ħal Qobi b’43 kuntratt u Ħaż-Żabbar b’38 kuntratt. Min-naħa l-oħra l-inqas ammont ta’ kuntratti ġew irreġistrati fid-distrett tal-punent li jinkludi l-lokalitajiet ta’ Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi u Ħ’Attard u d-distrett ta’ Għawdex.

L-NSO qalet ukoll li b’kollox ġew irreġistati 2,987 kuntratti fit-tieni kwart tas-sena, li jfisser tnaqqis annwali ta’ 16.3% b’valur ta’ €763.5 miljun. Mill-istatistika ħareġ ukoll li fit-tieni kwart tas-sena, saru 3,505 konvenji, jiġifieri żieda annwali ta’ 8.6%.

Sport