49.2 fil-mija jemmnu li l-baġit hu fid-direzzjoni t-tajba –  – stħarriġ ta’ Sagalytics

Aqra wkoll

Fi stħarriġ dwar il-baġit għas-sena 2027 li ġie ppreżentat ftit ġimgħat ilu, irriżulta li 49.2 fil-mija jemmnu li l-baġit hu fid-direzzjoni t-tajba, 33.9 fil-mija newtrali, 12.1 fil-mija direzzjoni ħażina u 4.8 fil-mija ma jafux.

Mill-istħarriġ pubblikat minn Sagalytics, meta mistoqsijin jekk il-miżuri li ħa l-Gvern fil-Baġit 2027 fir-rigward  tat-TCNs humiex biżżejjed, għandhomx ikunu aktar stretti, jew għandhom jittaffew, kien hemm 29.3 fil-mija li qalu li għandhom jittieħdu aktar miżuri restrittivi, 41.8 fil-mija qalu li l-miżuri attwali huma biżżejjed, 18.6 fil-mija qalu li għandhom jittaffew, 3.9 fil-mija qalu li l-miżuri għandhom jitneħħew kompletament u 6.4 fil-mija ma jafux.

Dan l-istħarriġ sar minn Sagalytics bejn id-19 u l-25 ta’ Novembru 2026 permezz tat-telefon u l-mowbajl. Il-kampjun kien ta’ 1,000 persuna b’Confidence Level ta’ 95% u Confidence Interval ta’ ±3.1%, fost persuni ta’ 16-il sena ’l fuq. Is-sample kien kalibrat fuq id-demografija Maltija u fuq kif in-nies ivvutaw fl-elezzjoni ġenerali tal-2026 sabiex tinkiseb preċiżjoni massima. Għal dawk li ma wieġbux, intuża l-metodu tal-Multiple Imputation Technique

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport