Saturday, December 21, 2024

“M’għandniex bżonn la ċ-ċapċip, la l-ikel, la kant … Nitolbu biss li tobdu l-awtoritajiet u tibqgħu ġewwa”

Aqra wkoll

“Aħna m’għandniex bżonn la ċ-ċapċip, la l-ikel, la kant … Kulma qed nitolbu huwa li tobdu l-awtoritajiet u toqogħdu ġewwa.” Hekk kiteb wieħed fl-Isptar Mater Dei hekk kif bosta ma tawx widen l-appelli tal-awtoritajiet u ħarġu jgawdu l-ġurnata sabiħa li kkaratterizzat il-Ġimgħa l-Kbira.

L-infermier iddeskriva dan l-aġir bħala “egoiżmu sfrenat”, hekk kif tenna li minkejja kollox il-ħaddiema tas-saħħa jkomplu jagħmlu xogħolhom b’dedikazzjoni, anke b’biża’ għalihom infushom u għal saħħet il-qraba tagħhom.

Filwaqt li appella mill-ġdid biex in-nies tirrispetta mhux biss saħħithom iżda wkoll saħħet ħaddieħor u tibqa’ ġewwa, huwa appella lill-Pulizija u lis-suldati biex jagħmlu aktar sorveljanza anke fid-dawl li għada u l-Ħadd mistenni wkoll temp sabiħ.

Ekonomija

Sport