Venezwelana li tgħix f’Malta tkellmet ma’ dan il-ġurnal dwar l-intervent tal-Istati Uniti fil-Venezwela nhar it-3 ta’ Jannar 2026. Fl-opinjoni tagħha l-Istati Uniti ma attakkatx iżda salvat lill-poplu tal-Venezwela.
Mercedes Oxanoska Rujano Guillen, ta’ 28 sena mwielda f’Caracas, ilha kważi ħames snin tgħix f’Bugibba. Hija spjegat lil IT-TORĊA li s-salvazzjoni ġiet, “għax f’pajjiżi hemm il-ġuħ u m’hemmx libertà tal-espressjoni. Hemm ukoll l-uġigħ tal-qrabat tagħna li wasslu biex neħħew ħajjithom minħabba li m’hemmx mediċini. Dan ma kienx attakk, huwa iċ-ċavetta għal-libertà minn dak l-imsejjaħ soċjaliżmu”.



