Monday, December 23, 2024

“Mhuwiex eskluż li l-familja Caruana Galizia tingħata kumpens” – Il-PM Robert Abela

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru beda l-indirizz tiegħu billi fakkar li hu kif wasallu r-rapport finali b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għażel li mhux jippreżentah kif mitlub minnu, iżda saħansitra jagħmel talba lill-Ispeaker Anġlu Farrugia biex dan ir-rapport jiġi diskuss fil-Parlament.

Rigward ir-rapport, Abela qal li nħatar Prim Ministru madwar 19-il xahar ilu meta din l-inkjesta kienet diġà nbdiet mill-Prim Ministru Preċedenti.

Minkejja dan b’umiltà, Abela qal illum il-Prim Ministru huwa hu Robert Abela u għalhekk għażel li f’isem l-Istat jitlob apoloġija għal fejn dan seta’ naqas, b’mod speċjali fil-konfront tal-familja Caruana Galizia.

Abela żied jgħid li l-bord tal-inkjesta innota r-riformi li saru fl-aħħar xhur li saħħew l-istituzzjonijiet, il-proċessi li jwasslu għall-ġustizzja u l-qafas demokratiku ta’ pajjiżna.

Abela qal li jista’ jkun li matul is-snin kien hawn min ħaseb li jgawdi minn xi immpunità, iżda kif qegħdin jaħdmu l-istituzzjonijiet jidher ċar li min ħaseb hekk kien sejjer żbaljat. Xhieda ta’ dan huwa l-fatt li hemm diġà persuna li nstabet ħatja b’rabta ma’ dan il-qtil u li diġà qiegħed jiskonta s-sentenza mogħtija.

Abela wiegħed li se tkun qiegħed jibda proċess fejn il-gvern jerfa’ r-responsabbilità tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet indikati fir-rapport finali tal-inkjesta.

Mistoqsi minn INews jekk l-Istat huwiex lest li jikkunsidra xi forma ta’ kumpens, il-Prim Ministru qal li l-bord tal-inkjesta qal li għandu jimbeda l-proċess ta’ rikonċiljazjoni. Huwa żied li jekk biex jimxi ’l quddiem dak il-proċess ikun meħtieġ li jiġi kkunsidrat l-għoti ta’ kumpens lill-familja dak il-prinċipju mhuwiex jiġi eskluż.

Ekonomija

Sport