Thursday, March 28, 2024

“Mhuwiex il-mument” – Il-film ta’ James Bond pospost mill-ġdid għas-sena d-dieħla

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-ammiraturi ta’ James Bond se jkollhom jistennew sas-sena d-dieħla sabiex jaraw lill-attur Daniel Craig jagħlaq il-karriera tiegħu bħala 007.

Metro-Goldwyn-Mayer fl-aħħar jiem ħabbret li l-film “No Time to Die” se jkun qed jiġi pospost minn Novemrbu li ġej għal April tas-sena li ġejja minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija fuq livell globali. Dan il-film diġà ra ċaqliqa fid-data minn April li għadda minħabba l-pandemija.

MGM studios fl-istqarrija maħruġa minnhom spjegaw li għalkemm dan id-dewmien jista’ jħalli lil xi wħud diżappuntati huma jinsabu għaddejjin b’ħidma u jħarsu ’l quddiem biex il-film jinħareġ is-sena li ġejja.

“No Time to Die” se jkollu jikkompeti ma’ “F9” li mistenni joħroġ f’Mejju tas-sena d-dieħla; wara li dan ukoll ra ċaqliq fid-data minkejja li kien pjanat għal April ta’ din is-sena. 

Ekonomija

Sport