Thursday, December 26, 2024

Mhuwiex minnu li l-inċident f’Ħal Luqa kien każ ta’ hit and run

... Il-Pulizija se tkun qiegħda tkellem liż-żewġ persuni involuti

Aqra wkoll

Dak li qiegħed jiġi rappurtat fil-midja li kien każ ta’ hit and run fi Vjal l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa aktar kmieni llum ma jidhirx li kien il-każ tant li l-allegat xufier li qiegħed jingħad li laqat karozza u baqa’ sejjer mar hu stess biex jirraporta dwar il-każ.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li l-każ seħħ wara allegat argument li żvolġa bejn sewwieq ta’ karozza u u xufier ta’ trakk, b’wieħed minnhom allegatament jasal biex jinżel mill-karozza u jħebb għall-ieħor. Ninsabu infurmati li x-xufier tat-trakk saq minn fuq il-post u konsegwentament laqat il-karozza li r-ritratt tagħha qiegħed jiċċirkola fil-midja. 

Minkejja li għad m’hemm l-ebda konferma dwar id-dinamika tal-każ kif żvolġa, kelliem għall-Pulizija kkonferma magħna li l-pulizija daħlilha rapport u se tkun qiegħda tieħu ż-żewġ verżjonijiet sakemm tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Ekonomija

Sport