Wednesday, July 24, 2024

Imħatri llegali: Newcastle qed jikkunsidraw li jiftħu kawża legali kontra Milan

Aqra wkoll

Newcastle United qed jikkunsidraw li jiftħu kawża legali kontra Milan minħabba s-sospensjoni ta’ Sandro Tonali wara li ammetta li għamel imħatri llegali waqt li kien jilgħab mar-Rossoneri. 

Il-midfielder internazzjonali Taljan ta’ 23 sena mistenni jingħata s-sospensjoni tiegħu mill-FA Taljana llum għall-involviment tiegħu fl-iskandlu tal-imħatri tas-Serie A. Huwa ammetta li għamel imħatri kemm fuq Brescia kif ukoll fuq Milan fi żmienu maż-żewġ clubs.

It-team legali ta’ Tonali qed jinnegozja ftehim li x’aktarx jarah jingħata sospensjoni ta’ bejn 10 u 12-il xahar u l-istennija hija li dan jiġi kkonfermat fis-sigħat li ġejjin, bil-partijiet kollha ħerqana li jiffinalizzaw il-proċeduri.

Newcastle kienu ħallsu €70 miljun għall-firma ta’ Tonali fil-bidu tas-sajf biex issa se jkun sospiż sa Awwissu li ġej. 

Is-salarju tal-midfielder – madwar €8m nett kull staġun – se jkun ukoll sospiż. Dan jikkuntrasta bil-kbir mat-trattament ta’ Juventus tal-projbizzjoni ta’ Nicolo Fagioli, li ddeċidew li jħallsu s-salarju kollu tiegħu u jħalluh jitħarreġ mal-ewwel team.

Ekonomija

Sport